Previous slide
Next slide
L-istorja tal-belt tar-Rabat tmur lura għal xi 2000 sena ilu meta kienet għadha tagħmel parti mill-Belt Rumana l-antika, ‘Melita’. Xi żmien wara, il-Biżantini rrestrinġu l-Belt. Biċ-ċiviltà Għarbija, il-belt ħadet l-isem tal-Imdina u l-parti ta’ barra l-bibien kienet tissejjaħ Rabat, jiġifieri s-subborg.
 
Fis-seklu XV, dawn l-inħawi servew bħala kenn mill-attakki kontinwi mill-pirati. Kien ukoll f’dan is-seklu meta fir-Rabat waslu l-ordnijiet reliġjużi kollha, li għadhom hawn sal-lum.
 
Bil-wasla tal-Ordni Gerosolmitan ta’ San Ġwann, ir-Rabat kiseb l-importanza tiegħu għall-fatt li kien jinsab qrib l-Imdina (sede Governattiva), għar-rabta tiegħu mal-Grotta ta’ San Pawl, għall-Iskejjel ta’ Covent u anke għall-agrikoltura fejjieda li kienet ta’ benefiċċju għaż-żoni tal-madwar.
Matul il-Kolonja Brittanika fit-tieni nofs tas-seklu XIX, ir-Rabat reġgħet għeleb l-introduzzjoni tal-istrutturi soċjali ġodda, il-bini tal-ewwel skola primarja, l-introduzzjoni tal-ewwel servizzi mediċi u postali, titjib tal-ilma tan-nixxiegħa, dawl fit-toroq u l- introduzzjoni tas-servizz tat-trasport bil-ferrovija bejn il-Belt Valletta u r-Rabat. Kien ukoll f’dik l-era meta twaqqfu ż-żewġ każini tal-baned tal-mużika, L’Isle Adam u Count Roger.

Iżda l-iżvilupp ewlieni seħħ fis-seklu għoxrin, partikolarment wara t-Tieni Gwerra Dinjija, meta l-popolazzjoni żdiedet sa madwar. 12000. Dan baqa’ jiġri matul is-sittinijiet u s-sebgħinijiet.

Għalhekk dan ħeġġeġ il-bżonn ta’ kostruzzjonijiet ta’ abitazzjonijiet ġodda fid-diversi żoni tar-Rabat, bħal Tal-Virtu’ u Għajn Qajjet. Illum il-ġurnata, dan l-iżvilupp notevoli jiddistingwi l-parti l-qadima tal-belt mill-ġdida.